Carmen tirrakkonta kif 12-il sena ilu t-tobba kienu qalulha li ma kellha l-ebda t-tama li ssalva tant kemm il-qagħda ta' saħħitha kienet waħda kkumplikata. Issemmi li saħansitra kellha tagħmel 40 ġurnata fis-sezzjoni tal-ITU.

"Kont qisni mejta mid-dinja," tisħaq Carmen li tispjega kif kienet f'punt prekarju għall-aħħar hekk kif saħansitra kienet intubata.

"Illum il-ġurnata nħossni ħafna aħjar minkejja li m'erġajtx ħadt saħti lura bħal qabel," kompliet hi fejn tistqarr li tħares lejn il-futur tagħha b'ottimiżmu u gratitudni hekk kif tul dawn l-aħħar 12-il sena kellha l-opportunità li tkompli tgħożż lil uliedha fosthom lil bintha li tbati bil-kundizzjoni tad-down syndrome.

"Kieku dak iż-żmien qtajt qalbi u għażilt li nagħmel l-ewtanażja kont nitlef 12-il sena ngawdi lil uliedi," spjegat Carmen hekk kif bħalissa għaddej ukoll dibattitu dwar jekk l-ewtanażja għandhiex issir legali jew le.

Kuraġġ, Carmen!

Ritratti: Facebook / Life Network Foundation Malta


Cristian Tonna