F'filmat mill-aktar kommoventi, missier Taljan li qed iżur il-qabar ta' bintu jidher li qed jiħodilha l-ikel favorit tagħha fuq il-qabar. Dan hekk kif bintu ħalliet din id-dinja ftit jiem ilu.

Wara t-telfa iebsa li ġarrab, il-missier ilu għal dawn l-aħħar jiem jaqsam diversi memorji mill-isbaħ tiegħu ma' bintu fuq il-midja soċjali fejn ukoll spjega kemm hija diffiċli għalih din il-firda.

B'reazzjoni għal dan, bosta kienu dawk li sellmu l-memorja tat-tifla u ddeskrivewha bħala "prinċipessa żgħira" filwaqt li offrew il-kondoljanzi tagħhom lill-ġenituri u appellawlhom sabiex jagħmlu kuraġġ minkejja li l-mewt ta' bint mhijiex faċli.

@massimodigiovan50

♬ suono originale - Sasy Sorrentino

Strieħ fis-sliem!

Ritratti: TikTok / Massimo Di Giovanni


Cristian Tonna