Janet Zahra Walker qasmet xi ftit ħsibijiet profondi fuq il-paġna tagħha hekk kif irrakkontat esperjenza li kellha.
Kitbet, “Din il-ġimgħa, fejn is-sodda ta’ ommi, raġel anzjan ħalla din id-dinja. Kien imdawwar bil-familja tiegħu u ħalla din id-dinja fil-paċi. Meta ħa l-aħħar nifs, il-purtieri ingħalqu. Smajt in-nurses iċemplu t-tabib, probabbli biex joħorġu ċ-ċertifikat tal-mewt. Ftit tal-ħin wara, is-sodda kienet vojta. Cleaner ġiet tiddisinfetta kollox u pazjent ieħor ħa dik is-sodda.”
Żieded tgħid, “Dan ġiegħlni nirrealizza... fl-aħħar, aħna biss numri. Malajr jinsewna għaliex il-ħajja tkompli għaddejja, anke meta l-istorja ta’ xi ħadd tkun spiċċat. Strieħ fis-sliem mister tas-sodda numru sitta.”
Il-ħajja ta’ kulħadd se tintemm xi darba jew oħra, u għalhekk il-memorji sbieħ li nagħmlu, u l-familjari u l-ħbieb tagħna li jħobbuna tant huma l-iktar aspetti important ta’ din il-ħajja, iżjed mill-flus u l-poter.
Facebook / Janet Zahra Walker