Franik, magħruf aħjar bħala 'Moodyy' huwa żagħżugħ ta' 19-il sena li jkanta fuq stil rap u hiphop.
Huwa għadu kemm ħareġ album bil-Malti, taħt l-isem ta' 'Kif Wasalt Hawnhekk' u fih jinkludi 13-il diska fuq stil rap modern. L-album jinkludi wkoll il-preżenza ta' artist Amerikan magħruf bħala 'Bad Karma' u kif ukoll artist lokali, magħruf bħala 'Kodin Hill'.
Franik qalilna: "Permezz ta' dan l-album nixtieq nagħti iżjed ħajja lil dan l-istil ta' mużika, filwaqt li nara n-nies jirrispettaw artisti bħali."
Prosit kbira Franik! Nawgurawlek fil-karriera mużikali!
Instagram / @franik_05