Fuq il-paġna tagħha, Maria D’Amato, attivista tal-annimali li għandha l-NGO Innocent Paws biex issalva l-annimali u tagħtihom ċans għal ħajja ġdida, kitbet appell biex tinstab dar għal żewġt iklieb li daħlu għandha flimkien u minn dejjem kellhom lil xulxin.
Hi spjegat, “Din il-ġimgħa, dawn iż-żewġ gustużi ngħaqdu magħna f’Innocent Paws. Sfortunatament, il-biċċa l-kbira ta’ ħajjithom kienet waħedhom fuq terazzin, ftit li xejn attenzjoni tal-bnedmin – kellhom lil xulxin biss għall-kumpanija. Imma minkejja kollox, għandhom ħafna mħabba u ferħ f’qalbhom.”
Kompliet tispjega li t-tnejn li huma kellhom bżonn operazzjoni differenti llum imma issa qed jirkupraw u meta jgħaddilhom kollox, se jkunu lesti biex isibu l-familja tagħhom li tista’ toffrilhom l-imħabba li jistħoqilhom għal ħajjithom kollha.
Lesti biex tagħtuhom it-tieni ċans għall-imħabba?
Facebook / Innocent Paws - Maria D'Amato