Il-paġna uffiċjali tal-ERA ppubblikat avviż dwar il-ħruq tal-iskart fejn spjegaw li dan jagħmel ħsara kbira lill-ambjent u għalhekk għandna nagħżlu alternattivi oħrajn biex neħilsu mill-iskart tagħna.
Fuq il-paġna kitbu, “Il-ħruq tal-iskart huwa llegali u jikkawża ħafna ħsara! Kont taf li l-ħruq fil-beraħ ta’ plastik jew kwalunkwe skart domestiku huwa illegali? Il-ħruq tal-iskart jerħi kimiċi tossiċi fl-arja u fil-ħamrija! Minflok taħraq, agħżel alternattivi aktar sikuri u legali: Irriċikla, Agħżel il-kompost, Armi fiċ-ċentri tal-iskart awtorizzati.”
Żiedu jgħidu, “Irrapporta ħruq illegali lill-ERA fuq 22923500. Ejjew inżommu l-ambjent tagħna nadif u sigur.”
Importanti li nżommu f’moħħna dan l-avviż biex nibqgħu nieħdu ħsieb il-gżira tagħna u biex l-arja tagħna tibqa’ nadifa u pura, ħielsa minn kimiċi tossiċi li jikkawżaw il-ħsara lil saħħitna.
Facebook / ERA - Environment & Resources Authority