Fil-programm “Ara Min Mar” ta’ din il-gimgha Nicholas Briffa rrakuntalna bosta esperjenzi li ltaqa’ maghhom waqt li ghamel missjoni l-Guatemala u l-Ethiopia. Fosthom urina filmat ta’ meta ppropona lit-tfajla tieghu Vanessa waqt li kienu qeghdin t-tnejn li huma jaghmlu missjoni l-Guatemala!

“Kienet xi ħaġa li kien ilni nippjana ħafna. Imma kemm kien sabiħ li dan il-pass fil-ħajja tagħna nagħmluh propju f’nofs il-Guatemala, f’nofs din l-esperjenza verament sabiħa.”

Nicholas qal li għalih il-fatt li għamel il-proponiment hemmhekk kienet tfisser ħafna. “Wieħed mill-iktar esperjenzi li tibqa’ mnaqqxa ġewwa qalbi. Il-bidu tal-proponiment żgħir kien kollu min-nies tal-lokal. Huma daħlu bi ħġarhom biex idaħħlu l-element ta’ tradizzjoni mal-element ta’ vibe.” 

Illum il-ġurnata Nicholas u Vanessa huma miżżewġin u għandhom tarbija!

Facebook/Ara Min Mar/Vanessa Briffa


Nicole Barbara