Tnieda l-Padiljun ta' Malta fil-Biennale tal-Arti ta' Venezja, l-Italja. Malta qed tiġi rrappreżentanta mill-artist Matthew Attard u l-proġett innovattiv tiegħu “I Will Follow the Ship".

L-esebizzjoni ta' Matthew Attard twaħħad il-wirt kulturali Malti mat-teknoloġija tal-intelliġenza artifiċjali. Il-kokuraturi ta' “I Will Follow the Ship" huma Elyse Tonna u Sara Dolfi Agostini. Maria Galea u Galleria Michela Rizzo qed jissorveljaw l-immaniġġar tal-proġett, Vicenzo Casali huwa l-perit konsulent, u Joey Borg qiegħed jieħu ħsieb l-ipprogrammar u l-iżvilupp tas-software tal-proġett.

L-artist Matthew Attard qal li huwa ta' unur li jiġi afdat bl-ewwel padiljun solo ta' Malta f'La Biennale di Venezia.

DOI


Bradley Cachia