Ir-raba edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza ħa titella' fit-18 ta' Settembru ġewwa Blata L-Bajda fejn għoxrin finalist ħa jkunu qed jikkompetu u jesponu t-talenti tagħhom. Ir-rebbieħa passati ta' dan il-konkors jikludu lil: Kayley Cuschieri, Paolo Micallef u l-aktar riċenti Martina Galea Loffreda.

Il-kanzunetta Moħħ Ta' Tifla b'lirika ta' Paul Ellul u mużika ta' Mark Spiteri Lucas titratta l-marda tad-dementia. Il-kanzunetta fit-tieni post kienet Id-Daqqa Tal-Vjolin ta' Nicole Hammett filwaqt li Nathaniel Attard spiċċa fit-tielet post bil-kanzunetta Fil-Pront.

Il-ġurija f'din il-fażi kienu: Clifford Borg, Charles Casha, Clifford Galea Vella Maslennikov, Miriam Muscat, Lyndsay Pace, Charles Stroud u Mark Laurence Zammit. Dawn huma l-20 finalista: 

  1. Kliem Fis-Skiet - Leon Saliba Bugeja (Gillian Attard / Ivan De Battista)
  2. Did-Dinja Kiefra - Aaliyah Vella (Gillian Attard / Ivan De Battista)
  3. Naħseb B’Moħħi - Teo Zammit  (Kaya / Joe Chircop)
  4. Imżewġin - Yaziah Scicluna Galea (Philip Vella / Rita Pace)
  5. Jien Naf - Kylie Ann Cassar (Mark Spiteri Lucas / Rita Pace)
  6. Ningħata - Rihanna Azzopardi (Kaya / Paul Ellul)
  7. Burdati - Nathaniel Attard (Philip Vella / Emil Calleja Bayliss)
  8. L-identità - Klara Vassalo & Jade Marie Muscat (Andrea Cassar / Elaine Vella)
  9. Oħt il-Għerf - Eksenia Sammut (Mark Spiteri Lucas/Emil Calleja Bayliss)
  10. Sa Minn Ċkuniti - Elisa Andrea Muscat  (Mark Spiteri Lucas / Paul Ellul)
  11. Ma Jonqosni Xejn - Krista Sujak (Marco Debono / Rita Pace)
  12. Tuni Ċans - Mychael Bartolo Chircop  (Andy Shaw / Emil Calleja Bayliss)
  13. Li Ma Kienx Għalik - Luana Schembri (Marco Debono / Rita Pace)
  14. Flimkien  - Kaylee Cutajar  (Chan Vella / Christopher Azzopardi)
  15. Fuq Bandla - Krista Sujak (Marco Debono / Emil Calleja Bayliss)
  16. Ċafċifa - Martina Schembri (Andrew Zahra / Emil Calleja Bayliss)
  17. Żommni Taħt Idejk Mulej - Bradley Cachia (Marco Debono / Rita Pace)
  18. Seħer It-Tfulija  - Leah Cauchi (Elton Zarb / Rita Pace)
  19. Malta Tiegħi - Kensley Ciappara (Kaya / Rita Pace)
  20. Ġawhar - Kira Copperstone, Leeanne & Kelsey Carabott (Mark Scicluna / Rita Pace)

Il-festival ħa jkun preżentat minn Christine Haber u Emma Cutajar. F'isem Gwida.mt nawguraw lil finalisti kollha li ħa jkunu qed jieħdu sehem f'din l-edizzjoni. Ċertament li għal kull min ħa jitla' fuq dak il-palk ħa tkun esperjenza tal-ġenn u ħa tgħinhom ikomplu jikbru u jkabbru l-karriera tagħhom. Awguri! 

Facebook / Martina Galea Loffreda


Anthony Baldacchino