Fil-bidu tal-episodju tal-bieraħ waslet fil-villa t-tfajla Norveġiża Rani, li bla dubju l-iktar li tistenna li jkellimha kien Dale, hekk kif hu jinsab bla koppja. Fil-fatt Dale sab ħin biex ikellimha, mingħajr l-intenzjoni li jgħaġġel. Rani qed tinnota diġa li Dale biss għamel pass 'il quddiem biex ikellimha.

Madanakollu minkejja tħoss li saret tafu xi ftit, Rani għandha l-ħsieb li tkellem lil kulħadd u ssir taf lill-grupp kollu. Min-naħa l-oħra Dale xtaq jiċċara l-affarijiet ma' Nicola, li xorta waħda għadha tinteressah. "Jien xorta rrid inkun miegħek, int l-ewwel priorita tiegħi," jgħid Dale.

Hu tkellem ma' Nicola għax jixtieq li jserraħ rasu li jħossha sew, anke jekk stess it-tnejn jibqgħu ħbieb u jispiċċaw biex ikollhom il-koppja tagħhom separatament. Segwi HAWN fl-44 minuta tal-programm.


Gwida.mt