Warren Bonello, żeffien simpatiku li rajnieh ukoll jagħmel korjorgrafija fil-Eurovision Song Contest iżda mhux biss. Għamel il-korjorgrafija tal-pantomima Sleeping Beauty, il-musical Malti Il-Kbir Għadu Ġej u anke l-ispettaklu We Will Rock You.

Spiss ikun barra minn xtutna, jaħdem fuq produzzjonijiet ta' vidjos mużikali, kumpaniji u avvenimenti oħra fejn saħansitra ikun imsejjaħ ukoll bħala membru tal-ġurija f'kompetizzjonijiet Ewropej. Iż-żfin huwa passjoni għalih tant li anke jidħol fid-dettal dwar iż-żfin; l-istorja tiegħu, l-iżvilupp, in-nutrizzjoni ta' żeffien u kif wieħed jibda l-proċess biex isir korjografu.

Ritratt: Facebook/ Warren Bonello

Fatt ħelu dwaru, bħalissa beda jippjana bil-mod il-mod it-tieġ tiegħu flimkien mat-tfajla Lara Schembri, li mistenni jseħħ f'Diċembru tal-2021. Meta kellimnieh minn Gwida.mt, Warren qalilna li bħalissa jgħixu flimkien hu u t-tfajla tiegħu u għalkemm għandhom ħajjithom mimlija, dejjem isibu l-ħin għal xulxin. Għalkemm baqa' ftit żmien, jinsabu eċitati minn issa. Awguri lilek Warren f'dak kollu li għaddej f'ħajtek!

Ritratt: Facebook/ Warren Bonello


Clifford Galea