Il-cameraman Charles Ahar kien wieħed mill-mistiedna ta’ Bundytime fl-aħħar programm li sar, u l-istorja li rrakkonta żgur mhux forsi ħalliet tbissima fuq fomm is-segwaċi. Hu rrakkonta storja li ġrat meta kellu biss 10 snin, mar il-ground tal-football tas-Siġġiewi biex jara logħoba. Waqt il-logħoba ħareġ il-barrun ‘il barra mill-ground, u Charles mar ifittxu. X’ħin mar lura l-ground, ma ra lil ħadd, għax kulħadd kien telaq. “Flus m’għandix, ġejt bil-vann...” qal Charles, ma kienx jaf x’se jaqbad jagħmel!

Ftit wara, ra lil raġel riesaq lejh, qallu bil-problema li kellu, u tah il-flus biex jirkeb tallinja mis-Siġġiewi għall-Isla. X’ħin kien nieżel lura d-dar, mit-tieqa ra korsija ta’ karozzi tal-pulizija bil-familja tiegħu ġo fiha. “Irrapurtaw lili nieqes” qal. Kif wasal id-dar ma sab lil ħadd, għax kienu għadhom ifittxuh, u hu kellu jerġa’ jitlaq biex imur il-Knisja, għax kien abbati. X’ħin wasal lura d-dar u sab lil-familja laqgħuh “b’ħafna kliem li ġie jiswa’ fjuri” qal Charles, b’ton sarkastiku.


Nicole Zammit