Ira Losco hi waħda mill-kantanti Maltin li tant tħobb tieħu ritratti li fihom narawha b'diversi lbies differenti - m'għandniex xi ngħidu, eleganti tilbes x'tilbes! Aktar kmieni llum fuq il-midja soċjali Ira tefgħet żewġ ritratti partikolari li bihom qed tgħaddi messaġġ.

Fil-fatt il-flokk li liebsa għandu storja twila warajh ta' mill-inqas 14-il sena! Fil-fatt dawn ir-ritratti imorru lura għall-2007 meta kienet liebsa l-flok l-iswed. "It-top li qiegħda liebsa f’dan ir-ritratt, reċentement użajtu għal riklam. 14-il sena u aktar... Upcycle għeżież, ejjew ngħinu lill-pjaneta tagħna." Ira tgħid li ilha snin tuża din l-istrateġija, li biha taħli inqas u tgħin lill-ambjent.

Il-kantanta tkompli billi tikteb li mdorrija li tagħti jew issellef mill-ħwejjeġ jew prodotti oħra li m'għadiex tuża lil ħaddieħor kif ukoll ġieli tieħu. Drawwa tajba u bis-sens! "Hemm ħafna li nagħti lill-ħbieb u affarijiet oħra li nissellef jew nieħu. Nixtri affarijiet bażiċi li VERAMENT għandi bżonn. Naf li din mhux għal kulħadd, imma jien inħoss li nista' nagħmel dan u nipprova nibqa' sejra hekk."

Togħġbok din l-idea?


Kyle Zarb