The Malta Records fuq il-mezzi soċjali tagħhom jaqsmu filmati ta' rekord ieħor. Huma jiktbu, "Ilbieraħ The Malta Records, waqt li ppreżentajna ċ-ċertifikat tal-ixjaħ plejer li qatt lagħab f'kampjonat tal-MFA f'pajjiżna, konna kurjużi biex naraw x'karriera kellu Joe Attard, li huwa Vendriż pur."

Huma jżidu, "Ma setax jonqos li l-ewwel tim li lagħab miegħu kien St.Venera Lightnings. Dam jilgħab ma' St.Venera sa 22 sena. Imbagħad lagħab ma' Marsa, Gżira, Pietà, Sirens, Qrendi, Ta' Xbiex, Kalkara u San Ġwann. Fis-sena 2000, ta' 40 sena, Joe kien waqaf mill-karriera meta kien lagħab l-aħħar staġun ma' Balzan."

The Malta Records jgħidu wkoll, "Fis-sena 2023, wara snin twal fil-coaching, Joe reġa' beda jitrenja ma' Mqabba. Fis-sena 2024, Joe beda ma' Mqabba u kompla l-istaġun ma' St.Venera Lightnings. Hemmhekk ġietu l-opportunità tad-deheb li jerġa' jaqfel il-lazz u jidħol jilgħab mat-tim ta' raħal twelidu, fl-età sabiħa ta' 65 sena u xahar."

Huma jtemmu, "Minn qalbna nawguraw lil Joe kull suċċess f'ħajtu. Kien ta' pjaċir għalina li smajna l-esperjenzi tiegħu. Joe huwa ta' ispirazzjoni għall-ġenerazzjoni żagħżugħa, fejn fil-ħajja ma trid taqta' qalbek qatt."


Emil Calleja Bayliss