Illum tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta lokali bravissima Lisa Gauci. Lil Lisa kif tafu rajnieha f'diversi kompetizzjonijiet lokali fosthom X Factor Malta, fejn baqgħet tissemma għat-talent kbir tagħha. 

Sena ilu hi pparteċipat waqt Mużika Mużika flimkien ma' Drakard bil-kanzunett Jekk Mhux Int (Emil Calleja Bayliss/ Cyprian Cassar), u din is-sena kienet waħda mit-12-il finalisti waqt il-Malta Eurovision 2024 bil-kanzunetta Breathe (Emil Calleja Bayliss/ Cyprian Cassar/ Petra Zammit/ Patrick Jean)

Omm Lisa, Colette kitbet messaġġ mill-qalb għall-okkażjoni ta' għeluq sninha.

"Illum iż-żghira tagħna tagħlaq 18! Minn dejjem xtaqt li tikber ħalli tkun tista’ twettaq il-ħolm tiegħek. Issa li għandek 18-il sena, quddiemek għandek dinja mimlija opportunitajiet."

Omm Lisa tkompli tħeġġiġga biex tibqa' tesplora u tkun determinata sakemm twettaq il-ħolm tagħha.

Awguri minn qalbna Lisa f'isem Gwida.mt!


Kyle Zarb