Il-festival L-Għanja tal-Poplu tista' tgħid ilu xahrejn li għadda u dan l-aħħar iltaqjna ma' ritratt interessanti ferm tal-kantanta Janice Mangion. Janice f'dan il-festival kantant il-kanzunetta Għadu Mhux Il-Waqt bi kliem ta' Emil Calleja Bayliss u kompożizzjoni ta' Mark Scicluna.

Janice kienet premjata bl-aħjar interpretazzjoni f'dan il-konkors u ħaġa li ġibdet l-għajn kienet proprju l-libsa li kienet libsa dakinhar ta' dan il-konkors. F'intervista fuq Radju Malta, Janice spjegat li din il-kanzunetta kienet dedika speċjali għan-nannu tagħha u biex tonorha dan, l-ilbies ukoll kien ikkombinat ma' dan l-aspett.

Janice tgħid li tiftakar tniżżel isem Ritienne Zammit, il-moħħ wara dan id-disinn u din il-libsa fuq il-mowbajl. "Din il-libsa tirrappreżenta lill-Madonna Tal-Karmelitani, u bil-kanzunetta ddedikata lin-nannu tiegħi Karmenu, ħsibt li jkun aktar minn xieraq." Tassew ħsieb sabiħ u ċertament li d-disinn tal-Madonna ġabilha r-risq dakinhar.

Facebook / Janice Mangion


Anthony Baldacchino