Il-Kunsill Studenti Universitarji se jkunu qed iniedu l-KSU Career Finder fil-jiem li ġejjin.

Din se tkun pjattaforma komprensiva li permezz tagħha l-istudenti jistgħu jfittxu opportunitajiet ta' karrieri differenti f'oqsma varji.

Il-Career Finder tista' tintuża bla ħlas u hija ddisinjata biex tiggwida lil kull min għadu inċert dwar x'irid jagħmel f'ħajtu, speċifikament studenti fis-sekondarja, sixth form, u l-Università.

Dan isir permezz ta' eżerċiżżji interattivi, riflessjonijiet iggwidati, u riżorsi utli oħra li jgħinu lil dak li jkun jesplora l-ħiliet, il-personalità, l-interessi, u l-valuri tiegħu, fost oħrajn.


Bradley Cachia