L-Emeritus E.T. Marie Louise Coleiro Preca għadha kemm xerrdet filmat b'appell dwar l-importanza li persuna tiċċekkja lilha nnifisha b'mod regolari, u tieħu ħsieb saħħitha kemm jista' jkun.

Coleiro Preca qassmet mal-pubbliku storja ta' persuna li beżgħet tagħmel screening għand it-tabib. Hi spiċċat biex marret xorta għand it-tabib biex takkumpanja lil ommha li kienet qiegħda tieħu l-kura minħabba l-kanċer. It-tabib ħeġġeġ lil din il-persuna tiċċekkja wkoll, u fil-fatt irriżulta li kellha l-kanċer ukoll.

Din il-persuna tkellmet ma' Coleiro Preca u qalet kemm tħossha grata li għamlet kuraġġ u ċċekkjat, għax kieku jaf kien ikun tard wisq. Coleiro Preca tkompli tgħid li milli jidher il-pandemija kienet waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex hawn min qed jibża' jmur għand tabib. Għaldaqstant, tgħaddi l-parir li, "Il-kanċer ma jistenniex daqs kemm ma tistenniex il-pandemija." 

Ara aktar f'dan il-filmat u xerred l-avviż importanti.


Kyle Zarb