Il-qabla Kylie Jonathan fuq il-programm Kuxejnza għażlet li taqsam l-istorja tagħha. Kylie sfortunatament tilfet it-tarbija tagħha. Ħafna jafu lil Kylie minn instagram permezz tal-profil The Midwife Mama. Hi tistqarr li tilfet żewġt trabi u tistqarr li meta tkellmet Kylie, kien hemm ħafna u ħafna nies li qasmu l-esperjenza tagħhom magħha.

Kylie tgħid li waħda minn kull erba' nisa jkorru u l-fatt li hi xi ħaġa daqshekk komuni hija xi ħaġa li hemm bżonn li tiġi indirizzata. Hi tqajjem punt li ħafna ommijiet u missirijiet li jitilfu t-trabi tagħhom jistqarru. Kylie tgħid li wasal iż-żmien li dawk in-nisa li jkunu se jkorru, ikollhom post iddedikat għalihom fl-isptar.

Dawk li se jwelldu u dawk li jitilfu t-trabi tagħhom qed ikunu fl-istess ward. Ovvjament, huma jaqsmuhom iżda l-fatt li qegħdin fl-istess ward ċertament li l-weġgħa kapaċi tinħass aktar.

Il-korriment hu iebes kemm fuq l-omm u fuq il-missier. Angelo, missier li għadda minn dan ma' martu, jistqarr li psikoloġikament fuq ir-raġel hija ferm aktar diffiċli minħabba li jkun irrid ikun ta' sapport lejn martu.

Wieħed jista' jara l-programm sħiħ billi jidħol HAWN.

TVM News + / Kuxjenza


Emil Calleja Bayliss