Illum hi ġurnata speċjali għall-kantant Malti Mark Tonna hekk kif qed jiċċelebra għeluq sninu. Huwa twieled fit-13 ta’ Marzu tas-sena 1963.

Għandu karriera twila fil-mużika hekk kif bdiet meta hu kellu ħdax-il sena. Qabel beda l-karriera bħala solist hu kien jagħmel ukoll parti minn diversi gruppi.

Lil Mark rajnieh ukoll jieħu sehem f’diversi festivals differenti fosthom il-Malta Song For Europe, L-Għanja tal-Poplu u Konkors Kanzunetta Indipendenza li rnexxielu wkoll jirbħu fis-sena 2000.

Rajna wkoll lil Mark jigi nnominat fil-kategorija tal-Best Male singer waqt il-Malta Music Awards għal erba’ snin konsekuttivi u ħa sehem ukoll f’diversi festivals barra minn xtutna. Fost dawk li awgurawlu kien hemm ħuh, "Awguri f'għeluq sinu lill-aqwa ħija li qatt seta' jkolli. Gawdi dan il-jum speċjali Mark."

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw ġurnata mill-isbaħ lil Mark u nittamaw li kellu ġurnata eżatt kif jixtieqha hu!


Kyle Zarb