Graziella Bartolo Pizzuto, tal-paġna popolari Up & Up with Faith taqsam l-esperjenzi tagħha dwar it-tarbija u l-għażiża tagħha Faith. Hi tassew tapprezza kull mument li tqatta' mal-għeżież uliedha, minkejja li forsi ma tlaħħaqx tagħmel l-affarijiet li kienet tagħmel qabel.

Kliem li kull omm friska tista' tifhmu u tapprezza l-isforz li qed tagħmel Graziella. Sabiħ li dak li jkun jgħix fil-mument u ma jinkwetax fuq affarijiet li ma tantx għandhom valur fil-ħajjar. L-affarijiet materjali mhux daqshekk prezzjużi.

Graziella tikteb,"Faith ma tiflaħx. Theo mimli gass. Għajnejja suwed qisni panda bin-nuqqas ta’ rqad u l-mascara tal-bieraħ. Xagħri għandu bżonn laqgħa żebgħa kif tmiss il-liġi. Affarijiet li jgħaddu u jinbidlu f’tebqa t’għajn. Imma daż-żmien ma jerġa’ jiġi qatt!! Kull minuta imprezzabbli!"

Araw il-filmat tagħha HAWN!

Facebook / Up & Up with Faith


Emil Calleja Bayliss