Il-Caritas Malta fuq il-midja soċjali tagħhom, ħabbru li llum qed jiċċelebra għeluq sninu d-direttur tagħhom, Anthony Gatt. “minghand l-istaff, residenti u voluntiera. Nirringrazzjawh ghad-dedikazzjoni u l-imhabba tieghu lejn persuni vulnerabbli...” kitbu, flimkien ma’ ritratt tiegħu.

Anthony Gatt twieled fl-1976 ġewwa l-Belt, u ilu jaħdem fil-qasam tal-psikoloġija mill-1999 wara li gradwa mill-Università ta’ Malta b’degree fil-psikoloġija. L-ewwel xogħol tiegħu kien bħala volunteer coordinator mal-Caritas stess. Wara, Gatt ġab Masters degree mill-Università tal-British Colombia ġewwa l-Kanada. Wara li lesta ukoll it-taħriġ professjonali, beda jaħdem fil-qasam tad-drug rehabilitation ma’ Sedqa. Gatt ħadem għal ħafna snin mal-privat sakemm reġa’ ingħaqad ma’ Caritas Malta bħala clinical coordinator.

 

Caritasmalta.org


Nicole Zammit