It-test tal-karozza huwa mument li kull żagħżugħ u żagħżuha tkun qed tistenna, u bosta jkunu eċitati qabel ma jibdewh. Maxine kellha tgħaddi minnu ukoll, u l-ewwe; darba, għaffġitha naqra!

Waqt Bunytime tas-Sibt li għadda, spjegat x’ġaralha l-ewwel darba li telgħet għat-test. Kienet għadha kif bdiet it-test, u x’ħin waslet lejn il-lights tal-Furjana li kienu ħomor, baqgħet għaddejja. Kif qabżet il-lights, indunat bl-iżball li għamlet, skużat ruħha, u bdiet tirriversja lura sakemm ġiet f’postha. Minkejja li pruvat tirranġa l-iżball, il-learner qalilha biex iddawwar u jerġgħu imorru minn fejn beda’ t-test, għax ovvjament, m’għaddietx.


Nicole Zammit