Is-sitwazzjoni fuq Love Island Malta hi verament differenti mis-sena li għaddiet. Il-koppji donnhom ma jistgħux jistabbilixxu ruħhom, s'issa Henrika u Matthias jidhru li huma stabbli l-bqija kollox jista' jinbidel.

Iżda jidher li l-affarijiet se jinqelbu ta' taħt fuq. Dan għaliex ilbieraħ skoprejna li erba' tfajliet ġodda se jkunu qed jidħlu fil-villa waqt li t-tfajliet li qegħdin f'koppji jinsabu barra mill-villa.

Tamika, Noemi u Jade flimkien ma' Marie Christine mill-ewwel staġun ta' Love Island Malta se jkunu qed jidħlu fil-villa. Ħafna huma kurjużi ta' x'ħa jkun qed jiġri. Din hi l-ewwel darba li qed naraw xi ħaġa bħal din fuq Love Island Malta.

Min jaf kif se tkun ir-reazzjoni tat-tfajliet kif jiskopru x'ġara!


Emil Calleja Bayliss