Ilbieraħ skoprejna fl-aħħar tal-episodju li mistennijin jidħlu żewġ bombshells illejla. Żewġ kontestanti li possibilment ser ikomplu jaqilbu s-sitwazzjoni ġol-villa ta' taħt fuq. Dalgħodu ġew ippubblikati l-ewwel kummenti taż-żewġ bombshells ġodda.

Il-bombshell femminili wkoll żvelat min qed jinteressaha mill-parteċipanti. "Hello, jien il-bombshell il-ġdida. Għandi 20 sena. Dieħla l-villa għal Matthias, peró anke għal Clinton. Bl-entrance tiegħi naħseb ser inkun qed nifa' lil xi koppji għall-prova," tgħid il-kontestanta.

Għal darb'oħra fuq il-midja soċjali bosta qed jassumu min hi l-bombshell l-oħra, u l-isem li qed jidwi huwa dak ta' Miriam. 

Facebook/ Muscat Miriam 


Gwida.mt