Ilbieraħ skoprejna fl-aħħar tal-episodju li mistennijin jidħlu żewġ bombshells illejla. Żewġ kontestanti li possibilment ser ikomplu jaqilbu s-sitwazzjoni ġol-villa ta' taħt fuq. Wieħed minnhom qal l-ewwel kummenti tiegħu fejn żvela min qed jinteressah mill-parteċipanti.

"Hi, jien il-bombshell il-ġdid, għandi 29 sena. Dieħel fil-villa minħabba Ylenia, u kif ukoll naħseb Kyana. Dieħel biex forsi noħloq daqsxejn ta' drama mal-girls," jgħid il-ġuvni. Fuq il-midja soċjali bħal dejjem beda l-għajdut ta' min huma l-bombshells, u skont ħafna, dan jista' jkun li huwa Selwyn.

Selwyn huwa mudell li kkompeta fost l-oħrajn fil-konkors Mister Supranational lura fl-2021. 

Facebook/ Selwyn Grech


Gwida.mt