Sam Selby kienet waħda mill-mistiedna tal-programm T13ttax fil-ġimgħat li għaddew fejn tkellmet ma' Clara Farrugia dwar il-kapaċità li għandha li tara u tikkomunika mal-ispirti. Sam tistqarr li hi għarfet dan meta kellha biss disa' snin iżda meta tkellmet ma' sħabha tal-iskola x'qed tara tawha ħars bl-ikrah u ma emmnuhiex.

Hi tgħid, "Ngħid għalija, bdejt inħoss dawn l-affarijiet mindu kont għadni tifla. Kelli madwar disa' snin meta bdejt ninduna li qed nara l-erwieħ. L-abiltà psikika feġġet aktar tard f'ħajti." Hi żżid li temmen li kulħadd kapaċi jkun medium iżda forsi mhux kulħadd kellu jew għandu ċ-ċans li juża din il-parti tal-moħħ.

Clara tgħidilha li hi ma tarax spirti iżda Sam tgħidilha li meta wieħed jiffoka fuqhom permezz ta' meditazzjoni jew metodi oħra tkun kapaċi tiżviluppa dawn is-sensi. Hi temmen li dan huwa bażikament sens ieħor. Hi ilha tagħmel dan ix-xogħol għal aktar minn 25 sena!

Mhux l-ewwel darba li tkun għaddejja bil-ħajja tagħha u jkollha viżjoni iżda trid tkun responsabbli biżżejjed li tara kif ħa tipproċessa l-informazzjoni. Hi titkellem dwar ruħ li ltqagħet magħha fil-Buskett, persuna li kellu joqtol minħabba x-xogħol tiegħu iżda kellu l-familja tal-erwieħ tistennieh.

Hi għenitu jimxi għad-dinja l-oħra u ngħaqad ma' martu u bintu. Wieħed jista' jara l-episodju sħiħ billi jidħol HAWN!

TVM / T13ttax


Emil Calleja Bayliss