Wara li ġibed udjenzi fi kważi 50 territorju, "Come Dine With Me Malta" tħabbar uffiċjalment fil-London Screening u huwa lest biex joffri tip ta' spettaklu ġdid fuq l-iskeda televiżiva lokali. Reality Show li ser idur ma’ parteċipanti kreattivi u divertiment delizzjuż għax, ejja ngħiduha kif inhi, x'inhu aktar imprevedibbli minn grupp ta’ stranġieri li jiltaqgħu madwar mejda tal-pranzu?

Sa mill-bidu tiegħu fir-Renju Unit fl-2005, “Come Dine With Me” saret waħda mill-aktar franchises ikoniċi tat-TV, u issa jmiss Malta li tesperjenza l-eċitament fuq TVM.

Lestu għal ħafna kulur ta’ karattri (u ikel ukoll) bħal qatt qabel, hekk kif kull ġimgħa ħames parteċipanti jikkompetu għat-titlu tant mixtieq tal-aqwa ospitant tal-pranzu, bi premju fi flus ta' €1,000 fuq il-linja biex iżżid dak id-daqsxejn ta' eċitament.

Kull episodju jinkludi ħames kontestanti li jorganizzaw pranzu bi tliet platti u apparti li juru l-ħiliet kulinari tagħhom, iridu iktar minn hekk jgħollu l-punti bl-ospitalità tagħhom. Il-mistednin imbagħad jikklassifikaw il-prestazzjoni tal-ospitant. Dak il-parteċipant bl-ogħla voti jitlaq bil-premju fi flus. Dan mhuwiex programm li jiffoka fuq it-tisjir iżda aktar reality show.

Jiggwida lit-telespettaturi hemm in-narratur animat u sarkastiku, magħruf għall-kummentarju umoristiku tiegħu/tagħha dwar l-ikel u d-disinn interjuri. Dik il-vuċi għad trid tiġi żvelata imma nwiegħdu li se tkun aktar ikkulurita mit-tvalja tal-kċina tan-nanna tiegħek.

L-eċitament ma jiqafx hemm! Ir-reality show mhu xejn mingħajr residenti Maltin u Għawdxin. Kull min għandu ’l fuq minn tmintax-il sena jista’ jkun parti minn “Come Dine With Me ” u għandhom iċ-ċans li jirbħu €1,000 fi flus kontanti kull ġimgħa, flimkien ma’ firxa ta’ premjijiet speċjali.

L-applikazzjonijiet huma miftuħa, għalhekk jekk taħseb li għandek dak li hemm bżonn biex tospita lejl ta’ pranzu memorabbli trid tapplika malajr peress li l-ispazji huma limitati. L-informazzjoni kollha dwar kif tapplika tinsab fuq comedinewithme.mt u fuq il-mezzi tal-midja soċjali uffiċċjali.

Oħroġ l-aqwa settijiet tal-pranzu u l-pożati tiegħek u lesti għall-pranzu li kulħadd ikun qed jitkellem dwaru.


Gwida.mt