Wara xhur ta' stennija fl-aħħar waslet - il-Gran Finale ta' Brilalnti Dance 2023. Numru kbir ta' żgħażagħ applikaw għall-awdizzjonijiet, 25 għaddew għall-kwarti tal-finali, 14 għas-semifinali u llejla ser napprezzaw flimkien il-bravura, it-talent u l-kapaċità tas-6 finalisti!

Dawn huma: Benjamin Spiteri, Cheryl Lofreda, Chloe & Miguel, Eliza Morguello, Juliana & Mishel u Nicole Chetcuti. Min minn dawn iż-żgħażagħ ser jirbaħ it-titlu tant mixtieq tar-rebbieħ jew rebbieħa ta' Brillanti Dance 2023? Min ser imur id-dar bi 15-il elf Euro u l-opportunità unika li jieħu sehem f'rappreżentazzjoni prestiġjuża organizzata mill-MTA?

Lestu ruħkom biex tingħaqdu ma' Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu għall-spettaklu mill-isbaħ, talent mill-ifjen u emozzjonijiet m'għola s-smewwiet hekk kif is-sitt finalisti jisfidaw lil xulxin f'taqtigħa mill-isbah fl-isfond maġiku tat-Teatru Manoel minn ġewwa l-Belt Valletta! Garanzija ta' serata li ser tkun xejn ħlief BRILLANTI!

Kif wieħed jista jimmaġina ser naraw spettaklu uniku mill-isbaħ u l-ġurija ser ikollhom tassew biċċa xogħol biex jagħżlu l-aqwa preżentazzjoni. Ara x’qal fil-filmat u tinsewx – Brillanti Goes Dance – il-Finali, illejla fit-20.30 fuq ONE TV.


Gwida.mt