Il-preżentaturi ta' Sibtek, Ryan u Josmar, kitbu post ta' ringrazzjament lit-telespettaturi kollha u lill-pubbliku kollu tal-appoġġ u l-lealtà li dejjem juru lejhom u lejn il-programm tagħhom.  

Jidher li Sibtek ġie vvutat bħala l-iktar programm favorit fi tmiem il-ġimgħa, u ta' dan Ryan u Josmar apprezzaw immensament.

Huma kitbu, "Bla Kliem. GRAZZI minn qalbna talli vvutajtu lil SIBTEK bħala l-iktar programm favorit fil-weekend. Niltaqgħu f’Ottubru għall-15-il edizzjoni ta’ Sibtek li ser tkun totalment differenti u iktar speċjali. GRAZZI."

Hekk hu! Sibtek ser ikun qed jirritorna minn Ottubru li ġej! Ser tkompli ssegwihom lil Ryan u Josmar kull nhar ta' Sibt?!


Gwida.mt