Waqt il-programm Bundytime ta' nhar is-Sibt li għadda, Brooke kienet waħda mill-mistednin, fejn irrakkuntat l-episodju meta raqdet wara li kantat waqt festival f'Ruma, u ħadd ma nduna biha!

Brooke tgħid li meta kienet żgħira, malli jdoqqu l-għaxra u nofs, l-ħdax ta' filgħaxija, mhux l-ewwel darba li tispiċċa torqod, tkun fejn tkun. Tirrakkonta li kif marret fuq wara biex tara x-xow u forsi ma torqodx, iżda kollu kien ta' xejn!

"Nagħsa kbira. Beda jdejjaqni d-dawl ta' fuq il-palk, allura qbadt xagħri u tfajtu quddiem wiċċi, biex ikolli d-dlam, u rqadt," tirrakkonta Brooke. Li ġara hu li rebħet żewġ premji differenti, u saħansitra ġiet fl-ewwel post, iżda ma semgħet xejn għax kienet rieqda.  

Il-panik inqala' meta ħadd ma seta' jsibha mkien sakemm f'daqqa waħda xi ħadd ra tifla rieqda fuq is-sit ta' wara. Araw eżatt kif kompliet l-istorja!

Facebook/ Brooke Borg


Kyle Zarb