L-istazzjon Magic Malta ta merħba lill-preżentaturi ta' HazZzard, l-avventura li ser tibda minn Ottubru li ġej - Raisa Brincat Newell minn My Trio u Natalya Galdes. HazZzard ser jkun qed jixxandar fuq TVM.

Raisa u Natalya taw l-ewwel kummenti tagħhom bħala preżentaturi ta' HazZzard waqt l-istedina li għamlulhom Ron Briffa u Carlo Borg Bonaci. Ovvjament ma tantx setgħu jiżvelaw, speċjalment il-post fejn ser tkun qed tieħu lill-parteċipanti din l-avventura ġdida. 

Minn qalbna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawgurawlhom esperjenza mill-isbaħ bħala preżentaturi! Segwu aktar hawn taħt:

Facebook/ HazZzard


Kyle Zarb