Waqt it-tielet semifinali tat-tieni staġun ta' Malta's Got Talent ilbieraħ għal darb'oħra rajna numru kbir ta' talent differenti. Kull ma jmur dejjem qed naraw wirjiet impressjonanti li forsi qatt ma rajna bħalhom qabel.

Waħda minn dawk li impressjonaw bil-kbir kienet Trihanna Wilde, li waqt il-wirja tagħha kienet imdawwra b'żeffiena bravissimi u anke b'viżwali mill-aqwa. Id-dehra tagħha xejn inqas, kienet impressjonanti.

F'waqt minnhom Trihanna anke tidher qisha qed ittir 'il fuq hekk kif tinqata' mill-art waqt li kien għaddej l-ispettaklu. Erġgħu arawha f'dan il-filmat:


Gwida.mt