Mistieden waqt Tlaqna! Kien Janvil/ Ian J Vella, li żgur li l-poplu Malti u Għawdxi kontinwament jieħu pjaċir isegwieh fuq it-televiżjoni. Il-preżentatur Dylon Brignano tkellem ma' Ian dwar diversi fatturi, il-familja, il-karrier mużikali, passatempi, bintu Giada u aktar.

Ian nafuh kemm bħala kantant kif ukoll bħala preżentatur illum il-ġurnata. Ftit ilu kien jippreżenti l-programm The Entertainers fuq NET, u bħala kantant apparti li kif qal hu stess jaħdem full time, rajnieh jikkompeti waqt Mużika Mużika flimkien ma' bintu GIADA waqt Mużika Mużika.

Ian ġieli ħaseb li m'għadux żmien li jikkompeti, iżda qatt ma qata' qalbu fl-istess ħin. "Tiġi siegħa u ngħid għaliex m'għandix nikkompeti la għadni niflaħ nagħti kontribut."

Segwi aktar fl-intervista u ara x'imiss minn issa 'il quddiem.


Kyle Zarb