Waqt il-programm TVAM tkellem l-atleta ta' 10 snin, Kruiven Farrugia, li kull sena jagħmel ġirja għal Bjorn Formosa. Apparti minn hekk kull sena, kull ġirja, dejjem iżid kilometru.

Kruiven jipprattika u jagħmel it-taħriġ li hemm bżonn biex dejjem jirnexxielu f'din il-ġirja. Jinsab sodisfatt u grat li dejjem jirnexxielu jsib nies b'qalbhom tajba li jagħtu d-donazzjoni tagħhom biex jgħaqqad somma tajba għal Bjorn.

"Rajt lil Bjorn fuq il-wheelchair u ridt nagħmel xi ħaġa. Ma flaħtx narah hekk miskin," jgħid Kruiven. Din is-sena Kruiven ser ikun qed jimmira li jiġri 7,000 kilometru, bil-għan anke li jiġbru 7,000.

Bravu u Prosit Kruiven! Jalla jkun hemm aktar bħalek li jgħinu lil min hu fil-bżonn!

Facebook/ Bjorn Formosa


Kyle Zarb