Ilbieraħ Sven iddeċieda li jitkellem dwar dak li qed iħoss. Fil-fatt kien onest ma' Gabrielle, rigward li qatt qabel ma stqarr imħabbtu, dejjem qagħad lura. Madanakollu magħha qiegħed fi stat fejn jammetti li jħobbha, u wasal biex jistqarrha.

"Normalment inħossha diffiċli li nesprimi ruħi... Qatt ma ħadt ir-riskju... Issa nnutajt li qatt ma ħassejt xi ħaġa speċjali ma' xi ħadd. Imma issa qed inħossha miegħek," jgħid Sven. Gabrielle tgħidlu li mhux it-tfajliet kollha xorta, u fl-aħħar tispiċċa bil-kliem, "Ifhimni, tinsab miegħi ħin kollu u għal ħafna żmien nisperaw."

Sven ħass il-bżonn li anke jiftaħ qalbu ma' ħabib li jafda, u tkellem ma' Nate. Nate aċċertah li dak li qed iħoss Sven huwa normali, għax Gabrielle togħġbu, u parti mill-imħabba hi togħġbokx persuna, l-apparenza. 

"Qatt ma ħassejtni hekk man... qiegħed nagħmel ħażin?" Nate fiehem lil Sven li mill-esperjenza jaf li dawn l-affarijiet jiġru, u meta tkun persuna li togħġbok ta' veru, u tkun miġbud lejha, tkun tridha ikun x'ikun. Saħansitra xi drabi tħallieha anke ttik bis-sieq. 

Segwi l-episodju tal-bieraħ HAWN


Gwida.mt