Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom it-tim ta' TVAM ippubblika filmat ħelu tal-mistiedna maħbuba Josephine hekk kif irnexxielha tieħu ritratt ma' tnejn mit-tim Malti tar-Rugby. 

Fil-fatt Josephine tant tappoġġja lit-tim Malti, u kienet xi ħaġa sabiħa immens għaliha li kellha ċ-ċans tagħmel il-crawl magħhom. Din jagħmluha qabel il-partita u jgħidu isem Malta.

B'ton umoristiku Josephine qalet, "Min jaf kemm hemm min qed jgħir hemm barra!", hekk kif tant ferħet li kellha ċ-ċans tiltaqa' ma' dawn l-irġiel sportivi u twal, li tant qed jagħmlu isem sabiħ lil pajjiżna.

Araw il-filmat ta' x'ġara eżatt!


Kyle Zarb