Illejla ser inkunu wasalna għad-disa' episodju, hekk kif għaddejjin bit-tieni ġimgħa tat-tieni staġun ta' Love Island Malta. Nistgħu ngħidu li diġà ntqal u ġara ħafna f'temp ta' ħmistax. Jidher li jonqos x'jiġri fl-episodji li ġejjin.

Mill-promo li tefgħu t-tim ta' Love Island Malta nistgħu naraw lill-kontestanti jagħmlu l-aħħar sfida li qabbduhom. Apparti minn hekk Edward u Kyana jidhru qed jiddiskutu xi ħaġa, li mid-dehra qed iddejjaqha. Naraw anke lil Mattias u lil Henrika bl-esperjenza tagħhom ġewwa l-hideaway u l-ewwel waħda għal dan l-istaġun, fejn ftit wara jidhru anke jiddiskutu xi ħadd mill-islanders.

Ħafna kurżitajiet! X'inhu ġej illejla tgħid?


Gwida.mt