Il-preżentatur John Bundy waslilna storja oħra lbieraħ waqt Bundytime! Din id-darba l-praspura li għamel ċertu Pawlu wara x-xarba li xorob mill-każin tal-banda!

John jirrakkonta kif is-sid tal-każin fejn mar jixrob Pawlu beda jgħidlu biex jinġabar id-dar u aċċerta li ma kienx se jsuq. Ir-raġel qabad triqtu lejn id-dar, fejn probabbli kienet qed tistennieh martu Doris. 

"Mingħalih li sab il-bieb però daħal il-Knisja," jirrakkonta John Bundy. Pawlu spiċċa fil-konfessinarju fejn il-qassis beda jħabbatlu mat-tieqa biex jitkellem meta ra li ma qal xejn! Pawlu ħaseb li qiegħed post kompletament differenti mill-konfessinarju...

Segwu aktar hawn:


Kyle Zarb