Fuq TVAM ma' Keith Demicoli tkellmet residenti ġewwa San Vinċenz, Felicia Cauchi, akkumpanjata minn żewġha Alfred. Felicia tkellmet dwar il-ħajja mill-isbaħ li kellha, speċjalment dik miżżewġa.

Kontinwament Felicia tgħid kemm huma t-tnejn baqgħu dejjem magħqudin f'kull ċirkostanza. "Mindu żżewwiġna dejjem għexna flimkien...Dejjem għexna flimkien u dejjem fthemna."

Segwi din l-intervista ħelwa ma' din il-mara pożittiva immens!


Kyle Zarb