Il-kantanta lokali Thea Garret bla dubju baqgħet magħrufa għall-parteċipazzjoni tagħha fil-Eurovision Song Contest 2010 meta rrappreżentat lil Malta bil-kanzunetta My Dream.

Apparti minn hekk Thea spiċċat biex kienet parti minn produzzjoni tant maħbuba mit-telespettaturi Maltin u Għawdxin, Deċeduti. Fil-fatt f'din ix-xena t'hawn taħt Thea spiċċat l-għalliema tal-kant ta' Gladys, karattru li m'għandu bżonn ta' ebda introduzzjoni.

Gladys kellmita fuq ħafna affarijiet lil Thea fosthom fuq ir-rebħa tagħha fil-Malta Song 2010, dwar il-famuż għasfur ta' My Dream, dwar ix-xewqa tagħha li titla' għall-Eurovision Song Contest u aktar. 

Mill-ħars ta' Thea nindunaw kif sejra Gladys waqt il-lezzjonijiet ukoll... araw hawn isfel! 


Kyle Zarb