Waqt il-programm Twenty2Sixty, it-terapista Matthew Bartolo qasam diversi eżempji dwar għaliex lit-tfal tagħna għandna ntuhom iċ-ċans li jekk iridu jilagħbu b'ġugarelli li normalment huma abbinati mas-sess oppost.

Huwa tajjeb li t-tfal jilagħbu b'kull tip ta' ġugarell hekk kif diversi ġugarelli jistgħu jgħinuhom fit-trobbija tagħhom. Matthew jgħid,

"Meta inti lit-tigel ittih il-pupi u jilgħab b'tad-dar hemm toħroġ aktar l-aspett ta' ħarsien tiegħu, u meta inti lit-tifla qed tilgħab bit-trakk, qed toħroġ aktar il-kreattività tagħha. Ġifieri le, m'għandekx taqsam il-ġugarelli bil-ġeneru ta' tfajliet u ġuvintur."

Segwi aktar f'din l-intervista:

Youtube/ Jubilee


Kyle Zarb