Wieħed mill-mistednin fuq il-panel ta' Awla kien Fr. Colin Apap. Fil-fatt hu tkellem dwar is-solitudni u l-eżistenza tagħha f'sitwazzjonijiet differenti tal-ħajja.

Xi waqtiet ikun hawn min iħobb jgħaddi l-Milied waħdu, anke jekk fis-solitudni. Madanakollu hemm min m'għandux għażla. "Meta li tkun waħdek tkun mġiegħel miċ-ċirkustanzi, jew min-nies li l-inqas tobsor, nies li kont tafda, u tinduna li l-fiduċja li poġġejt fihom, daħku bik. Hemm fejn hemm l-iebes."

Fr. Colin jappella biex inħobbu lil kulħadd, speċjalment lil min hu fqir u batut, u din tgħin biex anke ħajjtek tinbidel għall-aħjar. Segwi hawn taħt:


Kyle Zarb