Sven, il-parteċipant ta' Love Island, ilbieraħ fetaħ qalbu dwar episodji mhux daqstant sbieħ f'ħajtu, meta prova jafda persuna, iżda ma sewiex ta' ġid għalih. Episodji li bidlulu l-mod ta' kif jaħseb dwar persuna qabel jgħid li jħobbha.

"Meta għidt 'inħobbok' lil xi ħadd li kienet darba, u li kienet diġà diffiċli, bdejt inħoss li hemm xi ħaġa għaddejja minn taħt."  

Iż-żagħżugħ ta' 20 sena jgħid li baqa' jħossha diffiċli jerġa' jistqarr li jħobb lil xi ħadd u li jagħti ċans ieħor, għaliex meta għażel li jaħfer, spiċċa biex weġġa'. "U wkoll għidt mhux se nagħti t-tieni ċans lil xi ħadd." 

Sven ikompli, "Mhux qed iħossni diġà hekk ħabba l-persuna biss, imma ħabba l-esperjenzi li għaddejt minnhom. Meta tkun ġo post magħluq ma tistax tiċċaqlaq tkellem lill-istess persuna, kieku immur ix-xogħol, naħseb fuq affarijiet oħra, fuq l-iskola. Hawn ġew naħseb fuq dawn l-affarijiet biss."

Ara aktar x'kellu xi jgħid Sven fl-episodju tal-bieraħ jista' jidħol HAWN

TVM / Love Island Malta


Gwida.mt