Lil Maria Formosa ilna narawha fuq it-televiżjoni fejn flimkien ma' żewġha Bjorn, taħdem biex tkompli tissaħħaħ DAR Bjorn u tant pazjenti li qed jissieltu kontra l-ALS. Din id-darba mhux biss ser tkun qed tidher, iżda ħa jkun kollox f'idejha!

Dan hekk kif Maria ser tkun qed tippreżenta programm minn nhar is-Sibt li ġej bl-isem Marelli. Lil Maria qed jgħinha Peppi Azzopardi fejn fil-filmat jgħid, "Flimkien ma' Maria qegħdin naħdmu biex nipproduċu dan il-programm."

Fil-fatt Marelli ser ikun qed jixxandar kull nhar ta' Sibt fid-21:00 fuq TVM. Minn qalbna nawguraw lil Maria għal dan l-irwol ġdid.


Kyle Zarb