Il-Preżentatur John Bundy, għadu kemm għadda minn esperjenza qarsa li xtaq jaqsamha mal-pubbliku. Hu qal li dan il-filmat ma xtaqx li jagħmlu għax hu persuna li jħobb id-dipolomazija iżda ma kellux triq oħra.
Ftit tal-jiem ilu John Bundy kien qed ikellem lil ommu fejn din uriet ix-xewqa li jkollha żewġ pastizzi għax kienet ilha ma dduqhom. John telaq l-affarijiet u mar jixtri iżda meta wasal il-home, dawn qalulu li minħabba l-pandemija tal-Covid-19, pastizzi u ikel ma jistgħux jiddaħħlu.
John Bundy ddiżapuntat ħalla l-pastizzi fuq il-ħoġor tat-tieqa u kiteb lill-awtorità li tieħu ħsieb. Il-management tal-home bgħatu jgħidu lil awtorità li ma ħallewħx jagħti l-pastizzi għax ommu qiegħda fuq ‘liquid diet’. “Kif aħna l-qraba manafux li ommi qiegħda fuq liquid diet, ħadd ma nfurmana” jistqarr Bundy.
Dalgħodu John Bundy kellu jieħu lil ommu ‘Mater Dei’ għax ser tagħmel operazzjoni kirurġika u ommu qaltlu biex jixtrilha l-pastizzi. Peress li Mater Dei, pastizzi m’għandhomx minħabba saħħa, xtralha lasanja.
“Minflokk pastizzi, tgħajta lasagna, croissant u jelly… komplut kien il-menú” jgħid John Bundy. Fl-aħħar jgħid ukoll li mhux jagħmel il-filmat biex jipponta subajgħ lejn il-ħaddiema għax jaf kemm jagħmlu xogħol impekkabli biex jieħdu ħsieb lill-anzjani.