Waqt il-programm XOW wieħed mill-atturi li konna nsegwuh waqt Deċeduti, Joe Tanti, tkellem dwar tattoo li għandu u li tfisser ħafna. Dan hekk kif it-tattoo turi idejn it-tifel tiegħu ta' sitt snin.

"Ma stennejtx li ta' 64 ħa jkolli tifel ta' sitt snin... għamilt tattoo b'idejh u minħabba li ma jitkellimx ktibt - Your laughter is the most beautiful sound in the world." Joe jitkellem fuq Andrew u jgħid kemm hemm relazzjoni sabiħa bejniethom. 

Mument ħelu fejn sħabu l-attur ċapċpulu biex ifaħħruh għall-imħabba kbira li għandu lejn it-tifel tiegħu mingħajr kundizzjonijiet. Prosit kbira Joe!


Kyle Zarb