Waqt Bundytime kien mistieden il-preżentatur Ian Busuttil Naudi, li rrakkonta kif dan intbagħat lura d-dar ġurnata biss wara li twieled! Mid-dehra l-vuċi li tant twassal tiegħu bdiet tqajjem lit-trabi kollha li kien hemm l-isptar u għaldaqstant raw li aħjar imur id-dar.

"Qalulha 'isma t-tifel f'saħħtu, jekk jogħġbok ħudu d-dar, għax ma nistgħux inżommuh aktar, għax qed iqajjem kull tarbija li hawn fl-isptar bit-twerżiq. Jekk ikollok problema tinkwetax niġu aħna għandek!'"

Segwu aktar f'dan il-filmat:


Kyle Zarb