Il-preżentatur Dorian Cassar kien mistieden waqt il-programm XOW tal-Ġimgħa, fejn tkellem dwar esperjenza li kellu waqt xandira diretta. Dan kollu meta t-tim qallu li kien hemm mistieden li ma ġiex, u sippost kellu jiġi ieħor minfloku.
Madanakollu mid-dehra ma kienx ġie l-mistieden li qalulu bih qabel. "Jiena kont preparat biex nagħmel l-intervista lil dak li sippost daħal minfloku. Qed nintroduċi dwar l-annimali, serju serju filgħodu. F'daqqa waħda kif indur fuq il-mistieden biex nintroduċieh, qalli jien mhux ... ta', jien 'xi ħadd ieħor'"
Dorian jgħid li kien każ ta' nuqqas ta' kordinament li ma jinsieh qatt. Segwu hawn taħt:
Facebook/ Dorian Cassar