L-attriċi Marisa Calleja Zahra kienet mistiedna fuq il-programm Niskata fejn flimkien mal-preżentatur Brian Grech, tkellmet dwar dak li għaddiet minnu, b'mod partikolari meta sabet li kellha kanċer. Kienet għadha żgħira, bit-tfal għadhom żgħar, u ma kienx żmien faċli.

Issemmi meta kienet qed tieħu l-kura, u "Kellu sitt snin Kien ħa jagħmel il-praċett meta kont għaddejja bil-chemo. Bdejt nibża' li mhux ħa jirnexxieli nagħmel il-purċissjoni miegħu u nkun hemm preżenti, għax kont inbati ħafna, però rnexxieli u mxejtha u lbist it-takkuna wkoll... kont vera kont ferħana dakinhar." 

Marisa ssemmi dwar kif ikkumbattiet u baqgħet soda meta rat ċerti tibdiliet f'ħajjitha waqt li kienet tieħu l-kura. Tgħid kif baqgħet għaddejja bil-filming u bil-ħidma fi produzzjonijiet televiżivi li kienet qed tieħu sehem fihom.

L-attriċi tappella biex meta tara persuna b'dehra differenti, ma nibqgħux inħarsu fiss lejhom qisna qed naraw xi ħaġa kbira. Dan bħalma għaddiet minnha hi meta kellha xagħarha qasir u bil-beritta, u ommha kienet tinnota lin-nies iħarsu lejha.

"Din nixtieq nagħmilha ċara. Meta naraw xi ħadd differenti, hemm x'hemm differenza, mhux nibqgħu nħarsu, u nitfgħu dik il-ħarsa..." tkompli Marisa. Biex tkompli għaddejja u tibqa' soda kienet anke tiċċajta dwar is-sitwazzjoni ta' xagħarha, u baqgħet tieħu ħsieb lilha nnifisha.

"Jekk għandek marda u ntlaqtilha, u ma tagħmel xejn fuqha, ħa ġġorrok. Trid tiekol san, tieħu ħsieb lilek innifsek... tqum tinħasel, l-ewwel nies ħa tneħħi l-mikrobu minn fuqek, u tħossok tajba..."

Idħol ara l-intervista sħiħa HAWN fil-ħin 1:07:00

TVMi / Niskata


Kyle Zarb